Lokali

Il-Ministru Byron Camilleri jibqa’ jinjora l-karba tal-Pulizija

24 siegħa wara li l-Police Officers’ Union ħarġu jappellaw lill-Gvern għal aktar appoġġ fiż-żmien tal-  festi….minħabba n-nuqqas kbir fin-numru ta’ uffiċjali tal-Korp…il-POU, sa issa, għadha mingħajr risposta.

Din il-gimgha, il-POU spjegat kif preżentament m’hemmx numri bizejjed biex ilahqu mal-impenji kollha tax-xogħol. Dan wara l-aħħar żviluppi b’rabta mal-u-turn rigward min se jkun qed jikkordina l-festi tal-lokal… fejn issa l-amministrazzjoni tal-Korp qalet li se jkunu l-Pulizija li jridu jagħmlu dan ix-xoghol kollu.

Net News mar minnufih jistaqsi lill-Ministru Byron Camilleri quddiem il-Parlament – Ministru, responsabbli mill-Korp tal-Pulizija, li fl-aħħar ġimgħat wera l-inkompetenza u n-nuqqas ta’ kreddibilità tiegħu bi storja wara l-oħra.

Fir-risposta tiegħu, il-Ministru qalilna li l-Pulizija se jiġu mgħejuna mil-LESA…mingħajr ma indirizza n-nuqqas ta’ uffiċjali fi ħdan il-Korp. Dan filwaqt li stqarr li ltaqa’ mal-union…minkejja li l-POU kkonfermat li sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-istqarrija ma kienet saret ebda laqgħa mal-union.

L-istqarrija tal-POU insistiet li s-sitwazzjoni bħalissa tal-Pulizija tad-Distrett hija waħda ddisprata, b’membri tal-Korp  se jkunu sfurzati jagħmlu overtime bl-addoċċ…u bl-għases  jitħallew vojta, jiġifieri fi kliem sempliċi qed ibgħati ċ-ċittadin li m’għandux uffiċjal tal-Pulizija fl-għassa tal-lokal.

Intant, fil-jiem li ġejjin mistennija ssir laqgħa dwar din il-kwistjoni.