Lokali Parlament

Il-Ministru tat-Turiżmu sieket dwar neqfa ta’ €20 miljun żejda mill-MTA

Il-Ministru tat-Turiżmu llum baqa’ sieket u qal xejn dwar in-nefqa żejda ta’ €20 miljun fl-estimi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA).

Il-Ministru Bartolo llum kellu għad-dispożizzjoni tiegħu kemm il-ftuħ kif ukoll l-għeluq tad-dibattitu parlamentari dwar l-MTA iżda minkejja l-appelli tal-Oppożizzjoni u l-pressjoni fl-opinjoni pubblika, hu għażel li jinjora dawn l-appelli u ma jitkellem xejn fuq dawn l-€20 miljun. Għalhekk għadu mhux spjegat kif u għaliex l-MTA nefqet €20 iljun iktar mill-budget tagħha.

Dwar Kemmuna, il-Ministru Bartolo pprova jieħu l-mertu għat-tneħħija tal-umbrelel u sunbeds fuq art pubbliku u qal li r-ramla ta’ Blue Lagoon se tkun għall-pubbliku, waqt li s-sunbeds se jintramaw skont pjan ħolistiku. Dan bla elenka x’inhu dan il-pjan ħolistiku.