Lokali Parlament

Issa jammettu li ħolqu konġestjonijiet ġodda fit-traffiku

Id-deputat Laburista Carmelo Abela ammetta fil-parlament ftit ilu li wara li saru l-proġetti ta’ toroq fil-Marsa u f’Santa Luċija, qed jinħolqu konġestjonijiet, inħolqu konġestjonijiet ġodda ta’ traffiku f’Tal-Barrani, limiti taż-Żejtun.

Mistoqsi fil-parlament mill-istess deputat Laburista dwar xi pjani għandu l-gvern biex isolvi dawn il-konġestjonijiet ġodda, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia wieġeb biss l Transport Malta kienet se tikkunsidra din is-sitwazzjoni.

Din is-sitwazzjoni kienet diġà prevista mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li dejjem sostniet li dawn il-proġetti għandhom ikunu kkunsidrati b’mod ħolisitiku u mhux b’mod iżolat għaliex b’hekk se jinħolqu konġestjonijiet ġodda f’żoni li qabel fihom ma kienx jinżamm traffiku. Fil-fatt dan seħħ hekk kif fl-aħħar xhur, qed jinħolqu konġestjonijiet kbar sa mill-by-pass tal-Imrieħel sat-Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.