Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ appellat fil-parlament biex l-iscooters ikunu regolati aħajr għaliex issa li qed jintużaw ħafna, qed jinħolqu diversi perikli kaġunati minn użu eċċessiv u abbużi.
Fl-Aġġornament tal-parlament Graziella Attard Previ tkellmet dwar l-użu tal-iscooters u staqsiet xi studji saru dwar il-problemi li jinħolqu minn dawn l-iscooters li qed jintużaw ħażin partikolarment fl-Imsida, Ta’ Xbiex, il-Gżira, Tas-Sliema u Sa Ġiljan. Dawn qed ikunu ta’ perikilu għar-residenti li jkunu qed jippassiġġaw fosthom f’Tas-Sliema.
Hi sostniet lil-iscooters qed jinstabu b’veloċità eċċessiva u ma jatgħux kas tal-anzjani li jkunu fuq il-bankini. Hawn min jabbuża minn dawn l-iscotters li qed jinstabu b’veloiċità iktar minn dak li hu permess mil-liġi.
Graziella Attard Previ qalet li qed isiru anki abbużi billi jkuun żewġ persuni fuq l-iscooters.
Hi sostniet li l-iscooters li jinstaqu fit-toroq huma iktar periklużi fejn is-sewwieqa ma jagħtux kaz tar-regoli fosthom dawk one-way. Is-sewwieqa tal-iscooters ma jagħtux kas tat-traffic lights. Suppost dawn ma jinstaqux f’kull triq iżda din ir-regola mhix tkun attwata; hemm ukoll inkonvinjenti billi xi sewwieq jħallu l-iscooters fuq il-bankina.
Xi sewwieqa qed jipparkjaw ukoll l-iscooters fil-kaxxi bojod u jkabbru l-problemi tal-ipparkjar. Minkejja l-vantaġġi ta’ dawn l-iscooters, jeħtieġ li dawn ikunu regolarizzati b’ikar infurzar u tfassil ġdid tar-regoli biex l-użiu jikber iżda l-pubbliku jkun protett fit-toroq, ġonna u bankini.
//= $special ?>