Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo sostna li l-l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) trid tagħmel aktar biex tiżgura li mhux biss it-12-il distrett iżda wkoll il-pajjiż irid ikollu pjan turistiku aħjar.
Fil-parlament hu qal l-estimi finanzjarji tal-MTA għall-2022 huma redikoli u staqsa kif nistgħu naċċettaw paġna ta’ qligħ u telf biex nispjegaw il-viżjoni ta’ Malta għall-prodott turistiku tagħha fis-sena d-dieħla.
Hu spjega kif dan is-settur huwa l-akbar kontributur għall-GPB u jimpjega l-akbar ammont ta’ ħaddiema.
Il-pubbliku, qal Ivan Castillo, għandu dritt ikun jaf fejn u kif qed jintefqu l-fondi pubbliċi. speċjalment issa li sibna l-MTA nefqet 20 miljun żżejjed u ħadd ma spjega kif.
Dan it-tip ta’ preżentazzjoni dilettantistika toħloq aktar dubji dwar kif jonfoq il-gvern minn fondi pubbliċi!
Id-deputat Ivan Castillo spjega wkoll kif l-MTA hija nieqsa milli tiżgura li qed tagħmel l-obbligu legali tagħha li tiżgura żona ta’ kwalità biex ittejjeb it-turiżmu. Buġibba, ix-Xemxija, Golden Bay, il-Qawra huma eżempju ta’ kif l-MTA abbandunat għal kollox l-idea ta’ titjib peress li kollha tilfu l-appell tagħhom.
Dan huwa dak li nistennew li nippreżentaw lit-turisti li jżuru pajjiżna? Dan huwa kif nistennew li ntejbu?
Il-ħmieġ, l-istat tat-tramuntana u n-nuqqas ta’ investiment xieraq żgur mhux qed iżid valur, it-turisti mhux se jirritornaw peress li aħna mhux qed inżidu valur bħala destinazzjoni. Qed nibqgħu mhux kompetittivi u dan qed ikollu effett negattiv fuq is-settur kollu.
Aktar u aktar ħwienet jidhru li qed jagħlqu aktar milli jiftħu f’Buġibba u l-Qawra, ix-Xemxija tibqa’ minsija u l-Golden Bay sar il-Paceville ta’ matul il-ġurnata.
L-MTA għandha l-obbligu li tagħti parir fejn jitqies il-valur turistiku, iżda ma ssib l-ebda valur fl-ipparkjar, ma tqisx il-valur turistiku tal-parkeġġ. dan jidher fil-parkeġġ tal-Għadira fejn hu stess ippropona parkeġġ bil-multistory iżda l-idea ġiet rifjutata minħabba l-ispiża.
Madankollu €20 miljun f’fondi mhux magħrufa huwa aċċettabbli għal dan il-Gvern, iżda li jipprovdi parkeġġ adegwat mhux.
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo lill-MTA fl-obbligu tagħha li tipprovdi forza tax-xogħol attiva mħarrġa sew għall-industrija tal-ospitalità.
Qed jonqos f’dan peress li għandna dejjem inqas nies li jixtiequ jaħdmu fl-industrija u jeffettwaw il-kompetittività tagħna. Jeħtieġ li jinstab bilanċ u diskussjoni mal-partijiet interessati biex jinstab kif jattiraw u jikkumpensaw is-sagrifiċċji li jagħmlu l-ħaddiema f’dan is-settur.
//= $special ?>