Kurżitajiet

KONTROVERSJA ĠDIDA: L-apparat diġitali jista’ jkollu emozzjoni?

L-inġinier illi qajjem din il-kontroversja ġie sospiż mill-kumpanija Google

Id-dinja tal-informatika daħlet f’battibekk ġdid wara li wieħed mill-inġiniera tal-kumpanija Google stqarr illi s-sistemi tal-Inteliġenza Artifiċjali (AI) kapaċi jkollhom xi forma ta’ “sentiment”.

L-inġinier Blake Lemoine jemmen illi s-sistemi tal-Google kapaċi għandhom “moħħ illi jħoss”.

Dan kollu qajjem putifirju sħiħ, bl-inġinier jispiċċa jitwaqqaf mill-kumpanija u jitpoġġa fuq forced leave.

Google qed tiċħad dawn l-istqarrijiet rigward il-mod kif jaħdmu s-sistemi AI u qed tgħid li m’hemm ebda provi li jissostanzjaw dak li qed jintqal minn dan l-inġinier.