Lokali

L-MDA ma taqbilx mal-ħinijiet il-ġodda tal-mużika fl-istabbilimenti tal-Belt Valletta

Il-Malta Developers Association esprimiet it-tħassib tagħha għall-bidliet fir-regolamenti li permezz tagħhom ittawwal il-ħin li fih hija permessa mużika fil-Belt Valletta – ħin illi żdied mill-11pm għas-1am.

Bidla bħal din, li saret mingħajr il-konsultazzjoni meħtiega, timmina kemm l-interessi tar-residenti, kif ukoll tal-investituri fil-propjeta.  Dan għaliex min rreklama propjetà b’ċertu mod, f’daqqa waħda isib il-prodott tiegħu mibdul totalment.

L-MDA qed tappella biex dawn ir-regoli jittreġġaw lura fl-immedjat.