Atar kmieni wara nofsinhar ittellgħu ukoll il-poloz tal-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League fejn f’din il-kompetizzjoni Malta għanda rappreżentanza ta’ tliet timijiet, Floriana, Ħamrun Spartans u Ġżira United.
Floriana, li spiċċaw fit-tieni post tal-Kampjonat Premier wara ċ-champions Hibernians, se jkunu qed jilgħabu kontra FC Petrocub tal-Moldova fejn fl-ewwel leg se jkunu qed jilgħabu f’pajjiżna. FC Perocub l-istaġun li għadda spiċċaw fit-tieni post tal-Kampjonat tal-Moldova.
Wara nuqqas ta’ tletin sena Ħamrun Spartans irritornaw lura fil-kompetizzjonijiet Ewropej u fil-polza tal-lum huma ġew kontra t-tim mill-Amrenja, FC Alashkert li fl-istaġun li għadu kemm intemm ikklasifikaw fit-tielet post fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż. L-ewwel leg ser jintlgħab fl-Armenja.
Gżira United se jkunu qed jilqgħu f’pajjiżna lil Atlètic Club d’Escaldes tal-Andorra li minn naħa tagħhom spiċċaw fir-raba’ post tal-Primera Divisió. Din se tkun it-tieni sena konsekuttiva li l-Maroons se jaffaċċjaw tim mill-Andorra wara li l-istaġun li għadda eliminaw lil Sant Julia wara l-għoti tal-penalties.
Il-partiti kollha tal-ewwel leg ser jintlgħabu fis-7 ta’ Lulju filwaqt li t-tieni leg imbgħad jintlgħab fl-14 ta’ Lulju li ġej.