Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia appella fil-parlament biex Malta għandha tiffoka biex tattira turisti ta’ kwalità.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), Adrian Delia qal li t-turiżmu jeffettwa lill-pajjiż b’terz ta’ dak li l-pajjiż għandu għad-diżpożizzjoni tiegħu. Hu sostna li Malta għandha żvantaġġi li qed ikunu kkreati qabel mat-turisti jiġu fil-pajjiż.
Dwar ir-restrizzjonijiet tal-COVID, Adrian Delia qal li qabl l-elezzjoni l-gvern qal li r-restrizzjonijiet se jitneħħew kollha qabel l-elezzjoni iżda dawn ma tneħħewx meta issa m’hemmx twissijiet ta’ saħħa.
Għalhekk il-pajjiżi barranin qed jikkompetu ma’ Malta huma vataġġjati għaliex Spanja, l-Greċja u l-Italja neħħew ir-restrizzjonijiet kollha tal-ivvjaġġar. Din qed toħloq inġustizzji, sostna Adrian Delia, li kompla li l-ewwel impressjoni tat-turisti f’Malta huma t-toroq. Fir-realtà, fl-immaniġġajr tat-traffiku l-pajjiż hu diżastru tant li kull inċident iwassal għal staġnar totali; għaliex m’hemmx ippjanar.
Hu tkellem dwar it-telqa li hawn fil-pajjiż u dwar il-prodott turistiku Malti; li dwaru l-gvern m’hu jgħid xejn. F’Malta hawn l-akbar konġestjoni tat-traffiku, tniġġiż fl-arja u abbuż minn art publbiku.
Adrian Delia qal li fl-MTA se jkun hemm infieq ta’ €14-il miljun iktar suppost fit-turiżmu ta’ kwalità bla ma jingħataw dettalji; l-istess kif m’hemmx informazzjoni dwar il-prodott li se jiżdied għal €6 miljuni. Total ta’ €20 miljun f’żieda mill-MTA.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-sitwazzjoni fil-Belt u qal li l-avviż legali riċenti dwar il-ħinijiet tal-mużika fil-lejl se jfisser li minn bejt ta’ patrimonju dinji, il-Belt titlef din il-kisba. Hu sostna li fil-Belt l-ispazji pubbliċi qed jiġu okkupati mill-imwejjed u siġġijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li r-residenti tal-Belt qed joġġezzjonaw għal dan l-istorbju u sostna li Malta m’għandhiex tattira turisti tal-inqas livell. Adrian Delia qal li jeħtieġ li flok jintefqu €20 miljun żejda, għandu jsir investiment fil-kwalità tat-turiżmu.
//= $special ?>