Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li Malta m’għandiex titlef l-opportunità ta’ turiżmu differenti.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), Mario de Marco qal li jeħtieġ isir studju dwar kemm tiflaħ turisti Malta u qal li jrid isir ukoll investiment fil-prodott turistiku Malti, bil-karatteristiċi kllha tal-pajjiż.
Dwar Kemmuna u Blue Lagoon hu qal li Kemmuna hi sit Natura 2000 u għalhekk diġà għandha pjani fis-seħħ. Dan jinkludi pjan kif ikunu maniġġjati n-numri ta’ turisti. Inutli ssir diskussjoni dwar id-deck chairs jekk ma jsirx studju dwar kemm tiflaħ ikollha nies Kemmuna.
Mario de Marco tkellem dwar il-Belt u qal li l-gvern irid ipoġġi l-Belt fl-istess livell ta Paceville. Dan meta s-suċċess tal-Belt hu li din mhix Paceville, Buġibba jew il-Qawra; il-Belt għandha karatteristiċi differenti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-permessi għall-mużika sas-1 am hu diżrispett lejn ir-resdienti waqt li l-Belt qed tkun kummerċjalizzata żżejjed. Ir-riċetta tas-suċċess tal-Belt għandha tibqa’ differenti, sostna Mario de Marzo, li appella lill-gvern biex jirtira l-avviż legali għaliex dan ma jistabilixxix bilanċ bejn l-elementi residenzjali u dawk kummerċjali.
Dwar id-diving, hu qal li hemm problemi għal din l-attrazzjoni minħabba li qed tkun effettwata b’mod negattiv il-bio-diversità, li għandha tkun protetta.
//= $special ?>