Manchester City attivaw il-klawsola ta’ £51 miljun u akkwistaw lill-attakkant Norveġiz Erling Haaland mingħand Borrusia Dortmund. Din is-somma minstennija titla għal total ta’ madwar €85.5 miljuni meta tinkludi spejjeż addizzjonali bħal dawk tal-aġent, signing on fee u spejjeż oħra.
Fl-ewwel kummenti tiegħu Haaland qal: ”Din hija ġurnata importanti għalija u għal familja tiegħi. Minn meta kont tifel kont insegwi lis-City u llum ma’ tistax ma’ tammirax l-istil ta’ futbol li jilgħabu, stil li huwa addattat ħafna għall-plejer bħali”
Erling segwa l-passi ta’ missieru Alfie Haaland li kien plejer ta’ Manchester City bejn l-2003 u l-2006 wara li fl-Ingilterra kellu esperjenzi oħra ma’ Leeds United u Nottingham Forest.
Erling Haaland ingħaqad ma’ Borussia Dortmund fl-2020 mingħand RB Salzburg u minn dakinhar lagħab 86 partita u skorja 89 gowl. Huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin u mistenni jingħaqad mal-iskwarda ta’ Pep Guardiola fl-1 ta’ Lulju.
//= $special ?>