Il-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa mhux biss qed toħloq nuqqas ta’ ikel madwar id-dinja…iżda anke affarijiet essenzjali u sanitarji.
Dan hekk kif il-kumpanija rinomata Tampax, li tipproduċi t-tampons qed tħabbat wiċċha ma’ kriżi bla ebda preċedent minħabba nuqqas kbir ta’ prodotti fl-Istati Uniti.
Kelliema għal kumpanija spjegaw li din hija biss kriżi temporanja u wiegħdu li se jkunu qed isolvu l-problema malajr kemm jista’ jkun.
Huma saħqu li wara li kellhom ikeċċu l-mijiet ta’ ħaddiema kaġun tal-pandemija issa qed isibu ma’ wiċċhom sfida oħra….n-nuqqas ta’ materja prima biex jiġu magħmula dawn il-prodotti…materja prima li kienet tiġi primarjament proprju mill-Ukrajna.
Diversi persuni fuq il-midja soċjali saħqu qed isibuha bi tqila ħafna biex isibu dawn it-tip ta’ prodotti fil-ħwienet…..u il-ftit li jsibu qed jakkwistawhom bi prezz għoli ħafna.
//= $special ?>