Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li hemm problemi kbar fit-toroq li qed joħolqu diffikultajiet għal-lukandi fil-lokalitajiet.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), Claudette Buttigieg appellat lill-Ministru Bartolo biex jispjega n-nefqa pubblika ta’ €20 miljun addizzjonali mill-MTA. Fl-aħħar snin, partikolarment fil-COVID, kien sar taħriġ għall-impjegati tal-MTA u għandu jkun speċifikat kemm sar investiment fis-settur privat.
Dwar Kemmuna, Claudette Buttigieg qalet li l-Ministru Bartolo kellu jirringrazzja lill-Graffiti u mhux jgħid li l-ispetturi tal-MTA kienu sjerin propju f’dik il-ġurnata li marru l-Graffiti. Il-Ministru Bartolo għandu jispjega wkoll ir-rabta li issa kenet żvelata bejn wieħed mill-operturi tad-deck-chairs f’Kemmuna u MEP Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li d-domanda tiżdied f’postijiet fejn ikun speċifikat in-numru ta’ turisti li dawn jifilħu. Hi sostniet li fil-pajjiż hawn problema ta’ kemm jiflaħ turisti l-pajjiż; jeħtieġ li l-pajjiż jagħmel bidla fil-mentalità u l-pajjiż ma jibqa’ jattira iktar turisti li jifilħu jħallsu iktar.
Claudette Buttigieg kkritikat is-sitwazzjoni tat-toroq u qalet li fil-Mosta hemm problemi kbar ta’ boutique hotels li huma effettwati minn dawn l-inkonvinjenti. Is-sitwazzjoni ta’ Triq l-Kbira fil-Mosta hi gravi.
Hi semmiet il-boutique hotels fil-Belt u appellat lill-gvern biex jiddeċiedi jekk iridx imur għal turiżmu tal-massa. Fil-pajjiż diġà tkissru ċertu lokalitajiet bħal Buġibba u l-Qawra; iżda dak li sar f’dawn il-lokalitajiet m’għandux ikun ripetut f’lokalitajiet oħra. Quddiem l-Ipoġew hemm sitwazzjoni diżastruża fit-triq.
Dwar Għawdex, id-deputat Nazzjonalista qalet mhux isir events biżżejjed f’Għawdex u appellat biex l-MTA terġa’ ddaħħal id-dixxiplina biex il-pajjiż jerġa’ jattira turisti ta’ kwalità.
//= $special ?>