Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li diversi proġetti turistiċi mhux qed jitlestew fil-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), Graziella Galea qalet li l-gvern għandu jgħin lis-settur turistiku għaliex dan joħloq impjiegi diversi setturi oħra. Fl-aħħar sentejn, minħabba l-COVID, kien hemm diffikultajiet u għalhekk il-gvern għandu jkompli jgħin lil dan is-settur.
Hi tkellmet dwar it-12-il distrett u qalet li dan hu distrett ibbażat fuq it-turiżmu; għalhekk l-investiment għandu jkun wieħed kontinwu fil-lokal. Bħala eżempji hi semmiet proġetti f’San Pawl il-Baħar u qalet li dawn il-proġetti għadhom ma bdewx minkejja li suppost se jitwettqu sal-aħħar tas-sena.
Proġett ieħor li għadu fi stadju bikri hu dak tal-Pjazza ta’ Buġibba; proġett li suppost se jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-belvederve ta’ San Pawl il-Baħar koll għadu lura u mhux se jitlesta; mhux spjegat ukoll id-dewmien li hemm fil-proġett tax-Xemxija.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet ukoll dwar is-sistema ta’ drenaġġ f’San Pawl il-Baħar fejn fiż-żona tal-Veccia hemm problemi kontinwi. Suppost li anki l-moll tal-Veccia kellu jitlesta iżda dan għadu mitfi. Hi semmiet diversi xogħlijiet fil-Mellieħa, liema xogħlijiet jidher li għadhom lura.
Graziella Galea li appellat lill-gvern biex iwettaq proġetti ta’ toroq fil-pajjiz u biex il-bajjet jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd biex dawn jibqgħu pubbliċi. Id-deputat Nazzjonalista appellat biex l-għases ta-pulizija f’dan id-distrett jinfetħu u jkun hemm iktar sigurtà. Hi kkritikat ukoll is-sitwazzjoni ta’ ħmieġ f’dawn il-lokaliatjiet tat-12-il distrett.
//= $special ?>