Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-awtoritajiet qed jimplimentaw restrizzjonijiet ġodda b’effetti negattivi fuq il-każini tal-baned.
Hu rrifera għal ċirkolari tal-Għaqda Każini tal-Baned li tagħmel riferenza għal-laqgħa bejn l-Għaqda u l-Kummissarju tal-Pulizija dwar restrizzjonijiet fl-istaġun tal-festi. Din se tirregola l-attività fil-każini, propju meta l-pajjiż għadu ħiereġ mill-pandemija.
Hu qal li minkejja li qabel l-elezzjoni r-restrizzjonijiet tneħħew, issa ħarġu restrizzjonijiet ġodda li b’mod awtomatiku qed jeffettaw ħażin lill-għaqdiet.
Restrizzjoni minnhom hi li ma jistgħux isiru attvitajiet fil-każini għal iktar minn siegħa wara l-marijiet ta’ filgħodu u li nofs siegħa wara l-każini jkunu ingħalqu. Din ir-regola tapplika għall-każini iżda mhux għall-barijiet; din hi inġustizzja għaliex il-każini tal-baned ikunu qed jistennew il-festi.
Restrizzjoni oħra hi dwar il-marċi ta’ fost il-ġimgħa fejn il-każini tal-baned issa iridu jgħalqu sa siegħa wara li jkun intemm il-marċ. Dan se joħloq diffikultajiet għall-bottegini tal-każini li jkunu mmexxija mis-soċjetajiet.
Toni Bezzina semma’ l-kwistjoni tal-barriers u qal li r-responsabbiltà għal dawn il-barriers huma tal-każini innfushom. Dwar il-ħruq tan-nar minn fuq strutturi fit-toroq, hu qal li hemm ukoll restrizzjonijiet dwar dan li ma jistgħux isiru iktar.
Ir-responsabbiltà tal-infurzar ta’d awn ir-regoli issa hi tas-segretarji tal-każini, sostna Toni Bezzina, li kompla li dawn issa se jsiru l-pulizija f’dawn l-attivityajiet.
Hu kompla li hemm żidiet fl-ispejjeż tal-baned li ammonta għal 80%; il-marċijiet illum saru jiswew madwar €2,000. Din is-sena l-każini se jingħataw €5,000 għaż-żieda fl-ispejjeż iżda fir-realtà l-ispejjeż żdiedu ħafna iktar. Parti mill-€20 miljun li ma nafux se jintefqu fl-MTA jmisshom marru għall-każini tal-baned, sostna Toni Bezzina.
//= $special ?>