Żewġ uffiċjali tal-Pulizija ġew sospiżi mill-Korp b’rabta ma’ każ li seħħ sentejn ilu fid-Depot.
Fil-konfront ta’ dan iż-żewġ Pulizija, inħarġu wkoll akkużi kriminali permezz ta’ ċitazzjoni.
Il-każ kien seħħ f’Ġunju tal-2020 meta ftit qabel l-4am, il-Pulizija stazzjonati fil-Lock-Up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, kienu nnutaw li persuna li kienet qed tinżamm hemmhekk kellu bżonn l-assistenza medika, peress li prima facie deher li kien qiegħed ibati minn ‘fit’.
Minnufih bdiet tingħata l-assistenza medika u anke intużat AED, filwaqt li ssejjaħ tim mediku fil-post.
Mal-wasla tat-tim mediku, dawn komplew jassistu lil din il-persuna, iżda minkejja kull tentattiv, ir-raġel ta’ 35 sena residenti l-Imtarfa, sfortunatament kien tilef ħajtu.
//= $special ?>