Sport Sport Ieħor

Suċċess għal Gary Giordimaina u Adam Vella fil-UWW International Tournament Citta’ di Sassari

Il-Federazzjoni Maltija tal-Lotta ħadet sehem fis-27 edizzjoni ‘UWW International Tournament Citta’ di Sassari f’Sardegna. Minbarra Malta ħadu sehem pajjiżi bħal Kanada, Ir-Renju Unit, l-Iżrael, l-Iżvizzera, l-Iżvezja u l-Italja.

It-tim Malti kien magħmul minn Gary Giordimaina 57kg, Adam Vella  61kg,  Nico Zarb u Nathaniel Buttiġieġ D’Ugo 74kg. Jesmond Giordimaina kien il-coach u Abraham Vassallo bħala Referee Internazzjonali.

Gary Giordimaina reġa’ irnexxielu jikseb riżultat prestiġjuż meta rebaħ midalja tal-Fidda u kompla bil-mixja pożittiva’ tieghu meta rnexxielu jikseb midalja f’kull tournament Internazzjonali li ħa sehem fih din is-sena.

Hu għeleb lil Morteza Madadi tal-Iżvezja kif ukol lil Harvey Ridings tar-Renju Unit, qabel fil-finali tilef kontra Thomas Epp tal-Iżvizzera.

Adam Vella kiseb rebħa kontra Yahia Tehami tar-Renju Unit qabel tilef mat-Taljan Alessandro Cimiero u l-Iżvizzeru Nils Leutert biex temm fir-raba’ post.