Telfa umiljanti għall-Ingilterra f’Wolverhampton fil-konfront tal-Ungerija li għal bosta fakkret fir-rebħa storika li l-Ungerija kienet kisbet kontra l-Ingilterra fl-1953 fit-telfa ta’ 6 – 3 Rizultat li permezz tiegħu kollox jindika li f’edizzjoni oħra l-Ingilterra se tkun relegata għal League B.
Minkejja li l-Ingilterra kellha pussess assolut matul l-ewwel taqsima, fis-16 il-minuta b’sorpriza l-Ungerija fil-vantaġġ wara li ROLAND SALLAI minn azzjoni ta’ Adam Lang għeleb lil Aaron Ramsdale. Fis-70 minuta minn azzjoni ta’ Martin Adam kien ROLAND SALLAI li għamel l-iskor 2 – 0. Bil-partita deċiża fit-80 minuta minn pass ta’ Martin Adam kien ZSOLT NAGY li għamel l-iskor 4 – 0.
Tkeċċa John Stones għall-Ingilterra fit-82 minuta sabiex fid-89 minuta kien imiss lil DANIEL GAZDAG li minn azzjoni ta’ Adam Nagy għalaq il-partita 4 – 0 bl-Ungerija tibqa’ is-sorpriza prinċipali f’League A.
Ebda problema għal Germanja biex għelbet u umiljat lill-Italja fejn kisbet l-akbar rebħa f’konfront dirett mill-1939 li dakinhar wkoll kien ta’ 5 – 2. Dominju assolut mill-Ġermanja fl-ewwel fażi tal-partita fejn wara li fid-disa’ minuta minn azzjoni ta’ Politano, kien Neuer li salva fuq Giacomo Raspadori, minuta wara l-Ġermanja marret fil-vantaġġ. Pass ta’ David Raum lejn JOSHUA KIMMICH li għeleb lil Donnarumma.
Nuqqas ta’ reazzjoni mill-Italja bir-riżultat li fl-45minuta Germanja rduppjat. Foul ta’ Bastoni fuq Hoffmann biex mill-penalty kien GUNDOGAN li għeleb għat tieni darba lil Donnarumma. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess fejn fil-51 minuta kien THOMAS MULLER li għamel l-iskor 3 – 0 u għalaq il-partita.
Fit-68 minuta minn azzjoni ta’ Gnabri kien TIMO WERNER li għamel l-iskor 4 – 0. Minuta wara żball minn Donnarumma, approfitta Gnabry u mill-ġdid WERNER ma’ falliex. Konsolazzjoni għall-Italja li fit-78 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ DEGNAND WILFRIED GNONTO li ta’ 18 il-sena sar l-iżgħar plejer li qatt skorja għall-Italja biex kiser ir-record ta’ Bruno Nicole’ li kien ilu mill-1958.
Fl-94 minuta kien FEDERICO BASTONI li minn azzjoni ta’ Dimarco għeleb lil Neuer biex taffa ftit telfa li kienet destinatha li tkun aktar umiljanti.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum: Ingilterra v Ungerija 0-4, Ġermanja v Italja 5-2, Olanda v Wales 3-2, Polonja v Belġju 0-1, Armenja v Skozja 1-4, Ukrajna v Irlanda 1-1, Bosnia v Finlandja 3-2, Rumanija v Montenegro 0-3, Lussemburgu v Gżejjer Faroe 2-2, Turkija v Litwanja 2-0, Moldova v Andorra 2-1, Liechtenstein v Latvja 0-2
//= $special ?>