Sport Sport Ieħor

Thornton champion tad-dinja taż-żgħażagħ

L-atleta Maltija tal-weightlifting, Tenishia Thornton kitbet paġna oħra storika għall-isport lokali, meta t-Tnejn filgħaxija, fil-Kampjonati Dinija taż-Żgħażagħ, fil-Messiku, hi rebħet tliet midalji tad-deheb. Suċċess mill-aqwa w uniku għal din l-atleta lokali li kompliet tgħolli isem pajjiżna internazzjonalment.

Thornton, li għad għandha 16-il sena, rebħet id-deheb fl-iSnatch, fil-Clean & Jerk u Overall. Fi tmiem il-kompetizzjoni, Thornton spiċċat l-ewwel b’total ta’ 178kg segwita fit-tieni minn Noura Essam Mohammed 171 filwaqt li l-Messikana Maria Hernandez spiċċat it-tielet b’168. B’hekk il-Maltija rnexxilha tikseb suċċess bla preċident għall-isport Malti meta saret iċ-champion tad-dinja taż-żagħzagh tal-kategorija 55 kg.