It-tim relegat għaċ-Championship Burnley ħabbru li laħqu ftehim mal-eks pleyer ta’ Manchester City Vincent Kompany biex isir il-kowċ il-ġdid tagħhom l-istaġun li ġej. Il-Belġjan kien għad fadallu sentejn kuntratt bħala kowċ ta’ RSC Anderlecht wara li ingħata l-kariga fl-istaġun 2020/21 hekk kif temm il-karriera tiegħu fil-futbol milgħub mal-istess Anderlecht, il-klabb li tiegħu hu prodott.
Hu mifhum li l-Clarets ilhom għaddejin b’diskussjonijiet ma’ Kompany sa minn Mejju li għadda, wara li Sean Dyche kien tneħħa mill-kariga wara 10 snin u minfloku tpoġġa Mike Jackson li iżda ma’ rnexxielux jevita r-relegazzjoni.
//= $special ?>