Coronavirus Lokali

COVID-19: 273 każ ġdid f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 273 każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna…. filwaqt li fiequ 114 persuna oħra. Biex b’hekk il-każi attivi huma 2,012.

Minkejja ż-żieda fil-każi attivi f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Ministeru tas-Saħħa qed jibqa’ jaħbi informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna.

Fortunatament, bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma tilef ħajtu ħadd waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 biex b’hekk it-total ta’ mwiet jibqa’ dak ta’ 728.