Lokali Parlament

Dejjem favur il-ħajja; il-PN jipproponi alternattiva b’saħħitha għall-proposta tal-gvern

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernrd Grech qal li l-PN hu dejjem favur il-ħajja u issa fil-Liġi tal-IVF qed jipproponi alternattiva b’saħħitha għall-proposti li qed iwettaq il-Gvern.

F’diskors fil-parlament fid-dibattitu dwar il-Liġi tal-IVF, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-PN dejjem kien favur il-ħajja u jrid li aktar koppji kemm jista’ jkun isiru ġenituri. Kien għalhekk li 10 snin ilu, Gvern Nazzjonalista daħħal il-liġi tal-IVF għax dejjem emmen u ried jgħin lill-koppji li jkollhom xewqa li jsiru ġenituri. Kienet liġi limitata għax 10 snin konna wasalna hemm; il-liġi tjiebet u llum hawn liġi li se tkompli ttejjeb l-opportunità tal-koppji li jixtieq jkollhom it-tfal.

Hu qal li l-Gvern qed jipprova jpinġi gidba u sostna li dak li qal d-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri hu xjentifikament u fattwalment korrett. Importanti li l-affarijiet sensittivi jsiru bl-aħjar intenzjoni u mhux għal skopijiet partiġġjani. Trid kuraġġ kbir biex titkellem kif tkellmet id-deputat Nazzjonalista Graziella Gaela dwar l-esperjenza personali tagħha.

Bernard Grech qal li l-PN tgħallem u sema’ u jinsab konxju mill-benefiċċju tal-PGD-M u kompla li l-PN ilu jitkellem dwar l-IVF fejn anki ltaqa’ ma’ persuni li għandhom diffikultà biex ikolhom it-tfal.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li ma kienx minnu li l-mediċina kienet qed tingħata b’xejn lill-persuni li jirrikorru għall-IVF. Kien wara li tkellem il-PN favur mediċina b’xejn, li l-gvern wieħed li se jagħti l-mediċina b’xejn; tant li issa l-gvern qed iħallsu b’lura lil dawn il-koppji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux aċċettabbli l-koppji jħallsu huma l-ispiża imbagħad jingħataw rifużjoni; il-mediċina għandha tingħata b’xejn għaliex inkella ma jkunux jistgħu jagħmlu l-proċess tal-IVF.

Inutli jkun hemm liġi imtejba tal-IVF jekk min għandu bżonn ma jistax jasal għal din il-liġi. Hu appella lill-gvern biex il-ħlasijiet tal-mediċini jinħarġu mill-ewwel lil dawn il-koppji.

Bernard Grech kompla li l-PN kien u għadu favur il-ħajja u hu favur emendi li iktrar koppji jsiru ġenituri. Hu sostna li kien iltaqa’ ma’ persuna li għandha l-Huntington’s Disease u li ma tixtieqx li jkollha tfal għax tibża’ li tgħaddi l-marda lil uliedha prospettivi. Il-PN iltaqa’ wkoll ma’ esperti u jinsab f’pożizzjoni li jiddikjara li l-liġi tal-IVF tista’ tagħti opportunitajiet aħjar lil ħafna nies.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tratta l-PGD-M b’xejn li hu test li jagħti l-opportunità biex embrijum ikun ittestjat qabel jitpoġġa biex ikompli jikber u jitwieled. Il-PN jaqbel li l-PGD-M hi teknika tajba u avvanzata; dwar dan m’hemmx diskussjoni għalkemm mhux test perfett għalkemm hi għodda effettiva u tajba. Embrijun jinkludi bajda u sperma tar-raġel li jiltaqgħu u hemm il-bidu potenzjali tal-ħajja. Bħala fatt hemmhekk qed isir test fuq il-bidu tal-ħajja. Il-mediċini mhix abjad jew iswed; jew din jew xejn kif qed jgħid il-gvern.

Hu qal li jeżisti xi ħaġa oħra; il-Polar Body Testing (PBT), li hu test li xorta jittestja għal dawn il-kundizzjonijiet rari ħlief għal parti mill-Huntington’s Disease. Bid-differenza li l-PBT isir fuq il-bajda tal-mara u mhux fuq embrijun u għalhekk m’hemmx il-bidu tal-ħajja potenzjali.

Bernard Grech appella biex la teżisti għodda oħra tajba u li wkoll għandha suċċessi tagħha u hi wżata internazzjonalment, din għandha tkun użata u mhux skartata. Il-PN jrid li jagħti iktar opportunitajiet meta jistgħu ma jsirux interventi fil-bidu tal-ħajja umana.

Il-fatti juru li mid-disa’ kundizzjonijiet fil-protokoll, tmienja minnhom jistgħu faċiliment jkunu identifikati fil-proċess. L-aħħar kundizzjoni, il-Huntington’s Disease, f’każ li ġejja mill-bajda omm jkun identifikat mill-PBT iżda jekk ġejja mill-missier ma tkunx identifikata. F’dan il-każ il-PBT mhux tajjeb.

Bernard Grech qal li bil-PBT ma jkunx hemm numru ta’ embrijuni iffriżati u appella lill-gvern biex ma jibqax jinganna billi jgħid li l-embrijuni ta’ tfal b’kundizzjonijiet rari se jknu addottati. Il-PN qed jissuġġerixxi li l-PBT jkun implimentat għax jolqot ukoll iktar nisa li jista’ jkollhom suċċess fil-proċess.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li s-sensittività għandha tinwera lejn kulħadd u sostna li l-PBT għandu jitpoġġa bħala servizz b’xejn lill-koppji biex dawn jkollhom l-għażla. Il-PN jaqbel mal-emendi ta’ iktar opportunitajiet li tiżdied l-età medja lill-koppji li jieħdu t-trattament.

Il-PN jaqbel li jinġiebu l-embrijuni minn barra, li jkun hemm adottazzjoni tal-embrijuni f’qafas legali u li jkun hemm donazzjoni tal-bajda u l-isperma fejn ikun hemm bżonn; il-PN irid li l-IVF ikun iktar aċċessibbli għal kulħadd, anzi għal dawk li ma jixtiequx jużaw il-PGD-M.

Għandna obbligu li nilħqu bilanċ, nipproteġu l-ħajja umana mill-bidu. La hawn mediċina li dan isir, għandna nipprovduha, sostna Bernard Grech, li appella lill-gvern ma jċaħħadx lill-koppji li jrid jużaw il-PBT.

Il-PN jibqa’ jemmen fil-ħajja u jrid li fejn hemm ċans li ħajja tikber, ħadd ma jiċċaħħad minn din l-opportunità. L-avvanz tal-mediċina qiegħed hemm għal kulħadd, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li appella biex flimkien mal-PDG-M tiddaħħal ukoll il-PBT.

Id-dibattitu parlamentari fl-istadju tat-Tieni Qari għadda bla voti kontra biex issa ikun diskuss fi stadju ta’ kumitat fejn l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq emendi.