Id-dirretorat li jsegwi l-finanzi tal-klabbs Franċiżi kkundanna lil Bordeaux għat-tielet diviżjoni Franċiża minħabba problemi finanzjarji u djun li akkumulaw fl-aħħar snin. Il-President ta’ Bordeaux Gerard Lopez qal li se jkun qed jappella mid-deċiżjoni li l-klabb sejjaħ bħala waħda bruttali hekk kif skond huma ppreżentaw pjan li għandu jwassalhom biex jaqtgħu parti kbira minn dan id-dejn u għalhekk kellhom jingħataw dan iċ-ċans qabel ma’ jkunu kkundannati.
Fl-istaġun li għadda Bordeaux ġew relegati għat-tieni diviżjoni wara li spiċċaw fl-aħħar post ta’ Ligue 1.
