Illejla, fis-18.30 se ssir protesta favur id-drittijiet tal-annimali… protesta li se ssir quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.
Numru ta’ attivisti tal-annimali qed jitolbu sabiex dawk il-wegħdiet li kienu fil-Manifest Elettorali jiġu mwettqa mill-aktar fiss għax mhux aċċettabbli li l-annimali jibqgħu jgħixu fil-gaġeġ. Dan filwaqt li hemm bżonn li l-problema tal-qtates abbandunati tiġi solvuta immedjatament kif kien imwiegħed lilhom li se jsir.
Huma qed jitolbu sabiex l-Animal Welfare joffri servizz aħjar u jilqa’ aktar għall-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li javviċinawhom sabiex tingħata għajnuna lill-annimali,
L-attivisti qed jisħqu dwar il-bżonn li kulħadd jingħaqad f’daqqa u jsemma’ leħnu għax pajjiżna wasal f’punt fejn qed jaffaċċja kriżi nazzjonali f’dan is-settur.
Apparti dan kollu, qed issir kritika kbira minn fost il-persuna li għandhom għal qalbhom lill-annmali li l-Ministru Anton Refalo mhux qed jieħu azzjoni f’dan ir-rigward u qed jigdeb f’wiċċ il-poplu.
//= $special ?>