Lokali Parlament

Is-settur tas-servizzi finanzjarji: proposta biex jinħoloq central repository


Jerome Caruana Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal fl-Aġġornament li għandna opportunità li wara li ntejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, nattiraw investiment ġdid lejn pajjiżna.

Tisma’ l-practitioners jitkellmu dwar sfidi oħrajn, fosthom, dik dwar numru ta’ demands tal-awtoritajiet konċernati li saru resource-hungry, onsite inspection visits kontinwi u mhux koordinati. Ikun hemm ċirkostanzi fejn ikun hemm bżonn ta’ numru ta’ inspections fl-istess ħin, imma dawn huma l-eċċezzjoni u mhux in-norma. Għaldaqstant nappella għal aktar koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet konċernati.

Sfida oħra hi n-nuqqas ta’ riżorsi umani f’diversi setturi bħal accountants. Hemm wisq burokrazija biex nattiraw professjonisti ġodda barranin. Nappella lill-awtoritajiet, partikolarment Identity Malta biex jaraw li l-burokrazija żejda titnaqqas.

Kemm practitioners fil-privat u anke dawk li jaħdmu f’awtoritajiet governattivi jgawdu minnu lkoll… li jinħoloq central repository u li hemmhekk, bil-permess sħihħ tal-indvidwu u li tkun konformi mal-GDPR, titpoġġa informazzjoni speċifika. B’dan il-mod tkun tista’ ssir data sharing u tonqos il-burokrazija. Dan ir-repository jista’ jitħaddem permezz tal-blockchain.

Nappella lill-Gvern biex ikun umli u intelliġenti biżżejjed biex jikkonsulta mal-esperti fis-settur. Bħala l-Kellem tal-Oppożizzjoni ghall-Finanzi qed niltaqa’ ma’ ħafna stakeholders ewlenin u jirriżulta li hawn ħafna persuni, Maltin u barranin, b’ħafna ideat, ħafna suġġerimenti u esperjenza f’dan is-settur, u li jridu jagħtu kontribut.

Qed ngħixu fi żmien ta’ inċertezzi u numru ta’ sfidi. L-inċertezzi ekonomiċi monjdali bil-possibilità ta’ stagflation hu inkwetanti immens għal kull practicitoner f’dan is-settur, għal kull akkademiku u partikolarment għall-politiku. Aħna qegħdin nerġghu noħorġu l-id tal-ħbiberija lill-Gvern u nisħqu illi flimkien biss nistgħu ngħelbu l-isfidi li ġejjin u li wħud minnhom, bħal dik tal-għoli tal-ħajja, diħà qed jinħassu sew.

Ejja naħdmu flimkien, biex insaħħu l-operat tal-kumpaniji li diġà qegħdin f’pajjiżna, imbagħad, naraw li nġibu xogħol ta’ kwalità b’valur miżjud. B’hekk ikun qed igawdi kulħadd, partikolarment il-ħaddiema, il-professjonisti u l-businessman Malti.