Tfaqqa’ kontroversja ġdida fl-Awstralja wara li l-artikolista veteran Andrew Horney prova jikxef informazzjoni personali fuq attriċi popolari ta’ Hollywood.
Il-każ jirrigwardja l-attriċi Rebel Wilson – attriċi Awstraljana illi fl-aħħar jiem kitbet fuq Instagram illi hi sabet l-imħabba tagħha f’mara.
Kien f’dan il-punt illi Horney, tal-gurnal Sydney Herald, żvela illi kien taha 24 siegħa ċans biex jikteb li anke hu kien jaf bl-orjentazzjoni tagħha. U dan il-fatt, ġab miegħu rabja kbira u diskussjoni pubblika dwar l-etika fil-ġurnaliżmu.
L-attiriċi rebel Wilson illum għandha 42 sena, u tibqa’ magħrufa għal diversi produzzjonijiet ċinematograficċ fuq stil komiku, fosthom ‘Pitch Perfect’.
//= $special ?>