Il-Ministru tat-Turiżmu qed jibqa’ sieket u ma jgħid xejn dwar in-nefqa żejda ta’ €20 miljun fl-estimi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.
It-Tlieta fil-Parlament, il-Ministru Clayton Bartolo kellu għad-dispożizzjoni tiegħu kemm il-ftuħ kif ukoll l-għeluq tad-dibattitu Parlamentari dwar l-MTA. Iżda minkejja l-appelli tal-Oppożizzjoni u l-pressjoni tal-opinjoni pubblika, il-Ministru għażel li jinjora dawn l-appelli u ma tkellem xejn dwar dawn l-€20 miljun illi ntefqu żejda.
Fl-istess seduta Parlamentari l-Ministru Clayton Bartolo, f’botta u risposta li kellu mal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, prova jagħti l-impressjoni li hu mhux vera ħarab id-domandi ta’ Net News dwar dan is-suġġett… bil-Ministru jipprova jgiddeb lill-whip tal-Oppozizzjoni meta qal li dan l-istazzjon ma kienx quddiem il-Parlament biex jistaqsih id-domandi.
Iżda l-verita, hija ghal kollox differenti.
Il-Ħadd ġiet żvelata l-istorja ta’ eluf kbar….jekk mhux miljuni…illi qed jintefqu bl-addoċċ minn flus il-poplu fuq avvenimenti, sponsors u lussu.
Din hija s-sitwazzjoni fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu hekk kif l-MTA marret overbudget b’madwar 20 miljun ewro; bil-Gvern għad irid iħallas il-kredituri. B’sorsi qrib il-ġurnal Times of Malta jindikaw li l-MTA qed tbassar li tiżboq il-budget allokat ta’ sena, jiġifieri 108 miljun ewro….b’21 miljun ieħor.
Iżda dwar dan l-iskandlu, Clayton Bartolo għadu ma wieġeb ebda domanda.