Sport Sport Ieħor

Plejers Russi u mill-Belarus se jitħallew jipparteċipaw fl-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt:EPA)

Iċ-Chariman Eżekuttiv tal-Assoċċjazzjoni tat-Tennis Amerikana Lew Sherr ikkonferma li plejers Russi u mill-Belarus se jitħallew jipparteċipaw fl-Open tal-Istati Uniti li se tibda fis-29 t’Awwissu li ġej. Huwa qal li l-Bord iddeċieda li individwi m’għndomx jinżammu kontabli għall-azzjonijiet tal-Gvernijiet ta’ pajjiżhom. Sherr qal li l-atleti mir-Russja u l-Belarus se jkunu qed jipparteċipaw taħt bandiera newtrali, kif ġara fl-Open ta’ Franza li spiċċat fil-5 ta’ Ġunju li għadda.

Għall-kuntrarju, f’April li għadda l-All England Club ħabbret li fit-turnew ta’ Wimbledon li jibda fis-27 ta’ Ġunju, atelti Russi u mill-Belarus mhux se jkunu qed jitħallew jikkompetu minħabba l-invażżjoni Russa fl-Ukrajna.

Ir-Russu Daniil Medvedev (Ritratt: EPA)
Aryna Sabalenka tal-Belarus (Ritratt: EPA)