Il-fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa resqet protest ġudizzjarju għan-nom ta’ iktar minn 150 persuna, preċiżament 188 persuna dwar dawk li fil-protest tirreferi ghalihom bhala “id-drittijiet tal-abort”. Dan il-protest qed isir kontra l-Minstru tas-Saħħa, is-Segretarju Parlamentaru għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-Avukat tal-Istat.
Il-protest jgħid li dawn il-persuni qed iħossuhom aggravati bil-fatt li l-abort f’Malta huwa projbit u kriminalizzat. Din il-porjbizzjoni qed ikollha impatt dirett fuq il-kwalità ta’ ħajjithom filwaqt li qed jiġu mċaħħda milli jieħdu deċiżjonijiet fuq is-saħħa, il-familja u l-futur tagħhom.
L-Avukat Lara Dimitrijevic għan-nom ta’ dawn il-persuni, qalet li din il-projbizzjoni qed twassal biex jekk huma jiddeċiedu li jitterminaw it-tqala tagħhom, ma jkunux jistgħu jirċievu l-kura medika meħtieġa …bil-biża’ li jiġu kriminalizzati. Dan kollu qed iwassal ukoll għal problemi ta’ saħħa mentali.
Apparti dan, l-aċċess għas-saħħa tal-abort jista’ jsir biss b’mod sigur minn dawk li għandhom il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan barra minn xtutna. Dan filwaqt li dawk li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji, qed jispiċċaw jitterminaw it-tqala tagħhom b’mod illegali billi jixtru pilloli online.
Il-protest ġudizzjarju jkompli jgħid li tali projbizzjoni twassal għal diskriminazzjoni kontra kull persuna li toqgħod Malta meta wieħed iqis li s-saħħa medika tal-abort hija disponibbli f’kull stat membru tal-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, b’effett immedjat huma qed jitolbu li jkun dirkiminalizzat u legalizzat l-abort f’Malta. Dan filwaqt li se jkunu qed iżommu lill-Minstru tas-Saħħa, is-Segretarju Parlamentaru għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-Avukat tal-Istat responsabbli għad-danni li diġà sofrew u li għad jistgħu jsofru.
//= $special ?>