L-Oppożizzjoni ressqet talba għal ruling lill-Ispeaker tal-Parlamnet biex il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa jixhed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li bħalissa qed jiskrutinja r-rapprot tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.
Kien id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini li ressaq it-talba għal ruling dwar il-laqgħa tal-PAC tat-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2022 wara li d-deputati Laburist oġġezzjonaw li l-Kummissarju tal-Puliija Angelo Gafa jixhed dwar l-Electrogas.
Hu qal li m’hemmx xejn x’iżomm lill-Kummissarju milli jixhed anzi r-regoli jispeċfikaw li l-PAC għandu l-obbligu li jwettaq l-iskrutinju neċessarju; aktar u aktar wara li l-Awditur Ġenerali ikkonferma li hu jgħaddi r-rapporti tiegħu lill-istess Kummissarju. Hu fakkar ukoll li fil-passat l-ex Kummissarju John Rizzo u l-istess Angelo Gafa kienu xehedu quddiem il-PAC.
Il-Whip Laburista Andy Ellul baqa’ jsostni li l-Kummissarju tal-Pulizija ma jistax jittella’ xhud qudiem il-PAC għaliex dan il-kumitat ma jistax jinvestiga l-operat tal-Pulizija.
//= $special ?>