Lokali

Tgħumx f’din iż-żona!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba żbroff ta drenaġġ għal ġol-baħar fil-Bajja ta’ Qui Si Sana f’Tas-Sliema (taħt it-taraġ) (Kodiċi tas-Sit B 14), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema ghadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mtwrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx  għal informazzjoni simili.