Fl-aħħar 24 siegħa – solidarjetà sħiħa mad-Deputat Nazzjonalista
“Inti agħar mill-agħar qahba li qatt dehret quddiemi.”
Dan huwa il-kliem, kif irrapportat fil-midja lokali, li Janice Chetcuti allegatament ġiet indirizzata bih mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace f’awla tal-Qorti wara li qabel ma’ bdiet is-seduta Chetcuti għanqet u bieset fuq ħaddejh lil kuġinuha, avukat ukoll, li kienet ilha ma tarah.
B’dak li seħħ jiġi saħansitra mniżżel fil-minuti tal-Qorti u bil-Maġistrat titlob ordni ta’ notifika lill-Kamra tal-Avukati.
Bosta kienu dawk, minn kull sfera tas-soċjetà, li kkundannaw dawn il-kummenti u wrew solidarjeta sħiħa ma’ Janice Chetcuti …kif spjegatilna f’kummenti li tatna fejn insistiet li 24 siegħa wara it-tbissima reġgħet irritornat grazzi għas-sostenn kollu li rċeviet.
Madanakollu hija insistiet li diskors bħal dak ma setgħetx tiddeskrivieh b’ebda mod għajr…wieħed xokkanti. Dan filwaqt li stqarret li tali diskors kien wieħed ta’ disrispett għal min għaddej f’sitwazzjonijiet partikulari.
Janice Chetcuti saħqet li minn din l-istorja kollha għandna biss nitgħallmu kemm hawn bżonn li verament bħala soċjetà nuru l-apprezzament u l-imħabba tagħna lejn ħaddieħor.
Intant permezz ta’ post fuq Facebook, l-MGRM saħqet li huwa xokkanti li maġistrat tindirizza persuna quddiem awla sħiħa b’dak il-mod … partikularment għax bieset lill-kuġinuha. Dan filwaqt li spjegaw li huwa inkwetanti li għandha opinjoni dwar liem hija ‘l-agħar qaħba’ f’ton li, kompliet l-MGRM, wera li persuna ta’ dik ix-xorta ma jixraqilhiex tidher quddiemha.
Huma saħqu li ma hemm ebda skuża għal dan it-tali aġir, u li din l-azzjoni turi biċ-ċar li għal din il-maġistrat partikluri mhux vera li l-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd.
//= $special ?>