Coronavirus Lokali

COVID-19: 255 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 255 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna, filwaqt li fiequ 152 persuna oħra. Dan itella’ l-każi attivi għal 2164.

Fl-aħħar ġimagħtejn rajna l-każi ġodda jitilgħu minn madwar 60 każ ġdid kuljum għal iktar minn mitejn… bil-każi attivi spoldew ‘il fuq.

Fortunatament, ma kelna l-ebda mwiet kaġun tal-virus, għalkemm fl-aħħar jiem, bl-istess mod, rajna żieda fil-vittmi.

Minkejja dan kollu, il-Ministeru tas-Saħħa qed jibqa’ jitfa’ dan kollu taħt it-tapit u jirrfjuta li jagħti xi forma ta’ informazzjoni dwar il-virus f’pajjiżna.