Dan huwa Ministru li qed jiġi jitnellaħ minna u mis-settur, Ministru moħħu biss biex jippoppa fuq il-midja u jinjora għal kollox il-kriżi kbira li qed naffaċċjaw aħna l-infermieri u l-qwiebel.
Chris Fearne huwa Ministru li minflok lest ikellimna u jaqbad il-barri minn qrunu, qed jiprova jbeżża’ u jinħeba wara l-Qrati.
Dan kien l-appell ġenwin, mimli passjoni għal professjoni tal-President tal-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel Paul Pace fejn quddiem il-Ministeru għas-Saħħa fil-Belt Valletta indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li l-Ministru u l-id il-leminija tal-Prim Ministru Robert Abela, Chris Fearne ressaq il-Qorti lill-istess union.
Dan hekk kif minflok poġġa magħhom madwar mejda biex itejjeb il-kundizzjonijiet, ineħħilhom il-biża’ fuq il-post tax-xogħol u jara kif fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jtejbu s-servizz għal ġid ukoll tal-poplu Malti u Għawdxi….Fearne ddeċieda li jressaq l-union il-Qorti minħabba l-azzjonijiet industrijali li qed jagħmlu….l-uniku Gvern Ewropew li għamel dan…..għat-tielet darba.
Paul Pace insista li l-imġieba ta’ Fearne mhux denja ta’ pajjiż demokratiku.
“Il-pożizzjoni ta’ Chris Fearne dejjem kienet ta’ kiesaħ u biered, e-mail ma jibgħatx l-aqwa li jidher fuq it-televixin kuljum. Imma meta tagħsar minn ġewwa min għandu bżonn l-għajnuna tiegħu, min huwa għaddej bi tbatija, min għandu bżonn ta’ tmexxija u ta’ Ministru hemm zero”.
“Meta jkollok problemi huwa qatt ma jidħol fihom biex ma jidħolx fil-crux, tant li lanqas e-mail ma jwieġeb aħseb u ara kemm itik laqgħa”.
Huwa insista li minflok jara kif se jagħmel u jagħti widen lill-professjonisti li jgħixu din ir-realtà ta’ kuljum huwa għażel li ma jagħtix każ il-protesti, l-appelli ġenwini…u minflok spiċċa jeskala s-sitwazzjoni bil-Qorti issa trid tiddeċiedi jekk żewġt infermieri jistgħux jagħmlu xogħol ta’ sitt persuni…wara li fl-aħħar sena biss telqu mis-settur aktar minn 400 ħaddiem.
“Bejn wieħed u ieħor telqu 460 infermier minn sptarijiet differenti minn Malta u Għawdex…u xorta bqajna business as usual.”
Paul Pace saħaq li d-direttivi kienu indirizzati l-aktar ‘il barra mill-Isptar Mater Dei …. u insista li “flok rajna kif se nipproteġu lil dawn il-ħaddiema, li jispiċċaw ikunu tnejn minn nies jaħbtu f’xulxin biex jassistu mal-40 pazjent f’daqqa….qed inħalluhom imorru f’burnout totali”.
Huwa tkellem ukoll (insert footage tar-ritratt tal-mobile toilet) dwar is-sitwazzjoni tax-showers tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei…mobile toilets konvertiti f’showers impoġġija fost oħrajn fil-canteen tal-impjegati, fil-librerija, quddiem il-kappella, u quddiem il-lecture rooms.
Paul Pace insista li l-infermieri u l-qwiebel ma jridu l-ebda mirakli, iżda kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar sabiex fl-aħħar mill-aħħar jibbenefika minnhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.