L-Ukrajna qed tippjana li terġa’ tibda l-futbol kompetittiv fil-pajjiż f’Awwissu wara li l-President tal-pajjiż Volodymyr Zelenskyy ta l-approvazzjoni.
Il-President tal-federazzjoni tal-futbol tal-Ukrajna Andriy Pavelko ,tkellem mal-midja internazzjonali dwar t-taħtidiet tiegħu ma’ Zelenskyy u rapreżentanti tal-FIFA u l-UEFA dwar kif jinstab mod sigur kif jintlagħbu l-logħbiet tal-irġiel u tan-nisa f’pajjiżhom.
L-Ukrajna kienet sfurzata twaqqaf il-kampjonati tal-futbol fil-bidu tal-invażżjoni Russa iżda hekk kif issa l-ġlied fil-kapitali Kyiv jidher li naqas, il-President Pavelko qal li r-ritorn tal-futbol tista tkun opportunità li jerġa jogħla l-ispirtu tan-nazzjon.
//= $special ?>