Kreatura tal-baħar li kif taraha timmeraviljak… iżda l-istess kreatura li kapaċi tikkawżalek ħafna ħruq.
Matul dan ix-xahar, pajjiżna ra żieda sostanzjali ta’ bram fl-ibħra Maltin… xahar li s-soltu nkunu ħielsa minnhom xi ftit jew wisq.
Minkejja li dan jidher ta’ tħassib, dan mhux daqstant ta’ inkwiet hekk kif il-proċess li normalment narawh daqs xahrejn ilu, din is-sena l-proċess ħa daqsxejn itwal… kif jispjegalna aħjar il-Professur u Riċerkatur fi ħdan l-Università ta’ Malta, Alan Deidun.
“L-iktar brama komuni fl-ibħra tagħna, li hi l-Mauve Stinger, tirriproduċi bejn Diċembru u Frar u jkolna l-ġenerazzjoni li jmiss,” qal Deidun. “Dan il-proċess normalment jieħu tliet xhur. Din is-sena, dan il-proċess ħa daqsxejn iktar għax il-baħar kesaħ ħafna, kesaħ iktar mis-snin ta’ qabel.”
Għalkemm qabel tinżel tgħum tista’ tosserva l-bajja għal bnadar vjola li jfissru li fil-baħar hemm ammont sostanzjali ta’ bram, wieħed xorta waħda faċli jsib xi brama ma’ wiċċu… jew saħansitra qas biss jaraha għax tkun kważi trasparenti. Wieħed għandu kemm jista’ jkun jżomm ‘il bogħod minnhom u ma jmissx oġġetti li jkunu qabdu l-bram bihom hekk kif dawn jista’ jkun għadu jniggeż.
U f’każ li tniggżek waħda, hemm trattamenti li japplikaw skont liem tip ta’ brama gidmitek. Għall-brama l-iktar komuni ta’ kulur vjola, wieħed jista’ juża’ l-bicarbonate… għall-brama li tissejjaħ box-jellyfish li tkun trasparenti, wieħed jista’ japplika l-ħall.
“Hemm regoli li japplikaw għal bram kollha. Importanti li ma tħokkx għax tferrex il-valenu iktar, tneħħi partijiet li għadhom imwaħħlin, u qatt taħsel bl-ilma ħelu,” qal Deidun. “F’każijiet ta’ uġigħ, tista’ tapplika ilma fitel jew silġ mhux dirett mal-ġilda.”
Huwa importanti li wieħed jinnota l-fejn ikun sejjer il-kurrent skont il-ġurnata, b’Blue Lagoon hi bħal lembut li jkollha l-iktar bram… bil-paġna Spot the Jellyfish li tagħti aġġornamenti kontinwi ta’ fejn wieħed l-aħjar imur jgħum.
Intant, studji li saru urew li l-bram matul is-snin żdiedu mhux ftit, b’numru ta’ fatturi li qed jikkawżaw dan, fosthom sajd eċċessiv, it-tniġġis, u t-tibdil fil-klima. Iżda wieħed x’jista’ jagħmel fl-immedjat biex jikkontrolla l-ammont ta’ bram?
“Trid titgħallem tgħix bihom billi tużahom,” qal Deidrun. “Irridu nibdew nużawhom bħala suppliment għall-fertilizer… ikel lil fishfarms… nużawhom bħala sors ta’ collagen li d-dinja għandha għatx kbir għalih… il-bram li hu tajjeb biex jitneħħa l-plastik mill-baħar hekk kif huma bħal sponoż tal-microfiber… u jista’ wkoll jittiekel hekk kif fih ħafna nutrijenti.”
Il-bram ilhom jeżistu għal iktar minn 600 miljun sena… jiġifieri minn qabel id-dinosawri. B’dawn il-kreaturi la għandhom moħħ, la demm, la organi u lanqas qalb… u 98% minn kull brama hi magħmulha mill-ilma – mezz kif irnexxilhom jibqgħu jeżistu għal miljuni tas-snin.
//= $special ?>