Sport Sport Ieħor

It-tim Nazzjonali tal-Handball tan-Nisa mpenjat barra minn xtutna

Fi tmiem il-ġimgħa, it-tim nazzjonali tan-nisa tal-Handball se jerġa’ lura għal kompetizzjonijiet internazzjonali bil-parteċipazzjoni fil-‘1st Janas Trophy’, tournament kwadrangulari organizzat minn Citta’ del Redentore Handball Club li ser isir f’Nuoro, Sardegna.

Minbarra l-klabb ospitant, dan it-tournament se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-klabb Irlandiż Dublin International HC u l-klabb mill-Ukranja HC Karpaty Uzhgorod. Il-kowċ nazzjonali Daniel Tabone għażel 14-il plejer għal din il-kompetizzjoni.

Il-kontinġent Malti huwa magħmul kif ġej:

Marylyn Agius ( Aloysians HC), Daryl Azzopardi, Kim Ambrogio, Raquelle Ciantar, Christelle German, Erica Mizzi, Ilenia Gatt, Emma Xuereb (Kavallieri HC), Jessica Agius, Sabrina Aburgin, Miriana Attard (La Salle HC), Desiree Agius, Daniela Mifsud, Elizabeth Schiavone (Swieqi Phoenix SC)

Kap tad-Delegazzjoni: John Bonello
Kowċ Nazzjonali: Daniel Tabone
Assistent Coach: Rebecca Bonello
Fiżjoterapisti: Krishia Bernadeth Biasong, Madita Muller