Lokali

Jappellaw lill-Gvern għal protezzjoni serja favur l-annimali

L-Erbgħa saret protesta quddiem il-Parlament Malti minn numru ta’ persuni fejn appellaw lill-Gvern biex id-drittijiet tal-annimali jittieħdu iktar bis-serjetà. Dan wara li s-Segretarju Parlamentari Laburista Alicia Bugeja Said stqarret li hi favur l-annimali salvaġġi fil-gaġeġ… l-istess persuna li tirrapreżenta d-drittijiet tal-annimali.

Dawk preżenti saħqu li hemm bzonn ta’ liġijiet ġodda… hekk kif Gvern Laburista, minkejja wegħdiet elettorali li għamel f’kampanja wara l-oħra, qatt ma implimentahom… bil-Ministru Anton Refalo qed jibqa’ “ikaxkar saqajh” dwar dan kollu.

Huma wasslu dawn il-proposti għall-ħarsien tal-annimali:

  1. Bżonn li ħaddiema fl-Animal Welfare jiġu mħarġa kif suppost u jingħataw l-għodda u r-riżorsi biex jaħdmu bl-aħjar mod.
  2. Ikun hawn servizz ta’ emerġenza li jaħdem sew, ambulanza li tasal fi ftit minuti u l-officers ikunu verament jafu xhinuma jagħmlu biex isalvaw lannimali.
  3. Post ikbar u adegwat fejn jinżammu l-annimali biex meta jkun hemm bżonn li jinġabru jew jiġu kkonfiskati xi annimali id-direttorat ikun jista’ jagħmel dan u l-annimali jittieħdu f’post xieraq għalihom.
  4. Iżjed trasparenza u kommunikazzjoni mal-volontiera u mal-pubbliku. L-AW għandu bżonn jiftaħ mod sempliċi kif jikkomunika bħal paġna tal-Facebook.
  5. Aktar infurzar tal-liġijiet preżenti u liġijiet ġodda li jissalvagwardjaw l-annimali. Hemm bżonn aktar nies imħarġa f’dan is-settur, iżjed spezzjonijiet mingħajr dewmien, u azzjoni f’waqtha.
  6. Ministru u segretaru parlamentari li jafu x’inhu għaddej, u li jisimgħu l-għajta ta’ min iħobb l-annimali iżjed minn ta’ dawk b’interessi ulterjuri u egojistiċi.
  7. Neutering Campaign tal-qtates u klieb kontinwa biex innaqsu n-numri, li jidher ċar mhux inlaħqu magħhom.
  8. Tingħata aktar għajnuna lill-feeders reġistrati speċjalment fejn jidħlu l-ispejjeż talvets.
  9. Jingħataw il-fondi imwiegħda lil NGOs u lis-santwarji- biex jibqgħu jiffunzjonaw u jgħinu lil dawn l-innċenti.
  10. Kummissarju tal-annimali b’iżjed saħħa u iżjed poteri
  11. Pieni aktar ħorox għal min jaħqar l-annimali. Multi immedjati u konsewenzi ta’ vera