Futbol Sport

Joseph Mbong b’self fl-ogħla diviżjoni tal-Iżrael

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-midfielder internazzjonali Malti Joseph Mbong se jħalli pajjiżna biex jingħaqad mal-klabb tal-Kampjonat Premiet tal-Iżrael, Hapoel Ironi Kiryat Shmona FC.

It-trasferiment se jsir fuq bażi ta’ self, b’Hamrun Spartans Football Club li se jirċievu somma flus immedjatament. Hapoel se jkollhom ukoll l-għażla li fi tmiem l-istaġun jiksbu lil Mbong b’mod permanenti waqt li jintrabtu li jagħtu somma flus, skont persentaġġ maqbul, minn bejgħ futur tal-plejer.