Lokali

Konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi ta’ Paceville

...ir-rotta lejn il-bajja ta' San Ġorġ tinsab magħluqa

Net News jinsab infurmat li dalgħodu, bosta sewwieqa sabu ma wiċċhom sitwazzjoni xejn feliċi huma u sejrin lejn il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan mill-inħawi ta’ Pembroke. Dan wara li ingħalqet ir-rotta li twassal lejn Paceville minn naħa tal-bini fejn kien hemm l-ITS.

Bosta studenti li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li dan fisser inkonvenjent kbir għalihom għaliex ma kien hemm ebda tabelli li juru rotta alternattiva, jew li juru li kien hemm ix-xogħlijiet f’din iz-zona.

Dan wassal ukoll biex weħlu diversi xarabanks li jwasslu l-istudenti.

Affetwati ukoll ħafna għalliema li jaħdmu fiz-zona, kif ukoll impjegati li jaħdmu fi stabbilimenti turistiċi.