Futbol Sport

Pembroke A. mistennija jiddeċiedu l-futur tal-Kampjonati 2022/23

Nhar it-Tlieta mistennija ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja minn Pembroke Athleta li fiha se jkun deċiż f’liema diviżjoni se jkunu qed jilgħabu l-istaġun li jmiss. Sal-lum Pembroke applikaw biex jilgħabu fin-National Amateur League iżda kif diġa kien irraportat mhux il-kumitat kollu jaqbel ma’ din id-deċiżjoni u għalhekk fuq l-aġenda fil-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta se jkun hemm diskussjoni dwar il-futur tal-klabb għall-istaġun li ġej.

Id-deċiżjoni tagħhom se tkun qed taffetwa l-futur ta’ klabbs oħra hekk kif jekk Pembroke iżommu ma’ din id-deċiżjoni Vittoriosa Stars se jkollhom l-opportunità li jibqgħu fiċ-Challenge League filwaqt li Santa Lucia jkollhom iċ-ċans li jilgħabu fil-Premier.