Ungeriż ta’ 25 sena, jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar minn karozza għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.