Anzjan li llum għandu 73 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx rear ieħor fi żmien tliet u kellu l-liċenzja sospi’a għal tliet xhur instab ħati mill-Maġistrat Simone Grech li f’Ottubru tal-2016 saq b’manjiera traskurata u perikoluża li wasslet għal mewt ta’ anzjana ta’ 77 sena li kienet ħarġet biex tixtri u spiċċat tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn vann tal-ħaxix fil-Mosta. Il-każ seħħ fit-13 ta’ Ottubru għall-ħabta tad-9.15am fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.
L-anzjana kienet se taqsam it-triq ftit ‘il bogħod miż-zebra crossing u minn bejn żewġ karozzi li kienu pparkjati. Kien għalhekk li x-xufier tal-vann Toyota Dyna, Giuseppe Muscat ma ndunax bil-mara u laqatha bil-vann. Id-daqqa kienet waħda żgħira madankollu, hi ntrifset ukoll mit-tyre tal-vann u kien hawn fejn tilfet ħajjitha.
Fil-ħin tal-inċident, il-vittma kellha f’idha l-basket tax-xirja, bil-persuni li jafuha kienu qalu li l-anzjana kienet mgħaġġla biex tmur tkompli x-xogħol f’darha. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien mar mill-ewwel fuq il-post biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-anzjana. Madankollu, l-intervent tagħhom kien kollu għalxejn għax hi laħqet tilfet ħajjitha fil-post. Minflok, ingħatat l-għajnuna lix-xufier tal-vann, li kien qed ibati minn xokk.
Mill-provi prodotti rriżulta wkoll li l-vittma kienet qed taqsam it-triq bil-pedestrian crossing kienet madwar 9.2 metri ‘l bogħod minn fejn seħħ l-incident. Irrizulta li s-sewwieq ma lemaħx lill-vittma qabel tajjarha. Is-sewwieq ma rax
dak li kellu jkun faċilment viżibbli għalih, u ghalhekk ma kienx qieghed iżomm ‘a proper look-out’.
Il-Qorti wiżnet ukoll il-fatt li l-vittma kienet ukoll negliġenti meta għażlet li ma taqsamx it-triq minn fuq waħda mill-‘pedestrian crossings’ li kien hemm. Madanakollu, s-sewwieq għandu juża d-diliġenza kollha biex jevita ‘pedestria’n li jaqsam it-triq, anki jekk din taqsam b’mod negliġenti, u ghalhekk għandu jjitqies bħala responsabbli, jekk ikun naqas minn xi dmir tiegħu, b’mod li jkun poġġa lilu nniffsu f’pożizzjoni li ma setax jevita l-persuna li kienet qed taqsam.
Il-każ li fih sewwieq jista’ jkun eżentat mir-responsabbilità, hu dak biss fejn il-‘pedestrian’ b’xi att mhux mistenni jew xort’ oħra, b’xi għemil tiegħu ikun qiegħed lis-sewwieq f’pożizzjoni li anke bl-użu tad-diliġenza meħtieġa, dan ma setax
assolutament jevita l-inċident. L-anzjan naqas billi l-‘pedestria’ kienet addirittura, qasmet tliet kwarti tat-triq meta hi spiċċat milquta. Dana hekk kif jirriżulta anke minn dak stabbilit mill-espert maħtur, Dr Mario Buttigieg.