Lokali

COVID-19: 260 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 260 każi ġodda ta’ COVID-19 dan filwaqt li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fiequ 108 persuna.

Fortunatament, fl-aħħar sigħat ma tilfet ħajjitha ebda persuna li tinsab pożittiva għall-COVID-19 dan sabiex il-vittmi baqgħu 728.

Il-każi attivi f’pajjiżna jammontaw għal 2,316.