Il-BBC tar-Renju Unit bħalissa għaddej bit-taħditiet intiżi biex il-pajjiż jorganizza l-Konkors tal-Eurovision li jmiss, f’Mejju tal-2023.
Dan meta l-organizzaturi tal-festival ikkonkludew li l-Eurovision li jmiss ma jistax jinżamm fl-Ukrajna – li rebħet il-konkors ta’ din is-sena – minħabba li l-effetti tal-gwerra f’dan il-pajjiż għandhom jibqgħu jinħassu sew anki matul is-sena d-dieħla.
Id-deċiżjoni tal-organizzaturi tal-Eurovision ittieħdet wara studju u analiżi totali tas-sitwazzjoni u fejn waslu għall-konklużjoni ladarba raw li l-Ukrajna ma tistax tkun f’sitwazzjoni li torganizza l-avveniment mużikali prestiġjuż wara r-rebħa tal-Kalush Orchestra fil-finali ta’ din is-sena. Fl-aħħar finali tal-Eurovision, ir-Renju Unit kien kiseb it-tieni post bil-kanzunetta Space Man ta’ Sam Ryder.
//= $special ?>

