Kultura Lokali

F’Ħal Qormi se jittella’ d-dramm ‘Sebastianus Christianus’

‘Sebastianus Christianus’ – Fuq dawk il-kelmtejn tinbena l-ġrajja ta’ suldat żagħżugħ li jixbaħ lil Kristu f’għemilu mill-bidu sat-tmiem. Hija din il-produzzjoni li se tittella’ fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.

Matul din il-produzzjoni li se tittella’ għall-pubbliku se jsir xebh bejn żewġ protagonisti b’wieħed minnhom ikun Sebastjan.

Id-dramm ‘Sebastianus Christianus’ għandu l-kitba ta’ Sebastian Saliba, b’addattament teatrali u direzzjoni ta’ Shaun Formosa.

‘Sebastianus Christianus’ se jittella’ nhar it-Tlieta 5 u l-Erbgħa 6 ta’ Lulju fit-8:30 ta’ filgħaxija, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan, Ħal Qormi.