Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara ġlieda f’Paceville

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu (0200hrs), waqt li l-Pulizija kienet fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan, inotat raġel mal-art b’xi ġrieħi. Għalhekk, fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel, li għandu 26 sena u residenti l-Marsa, l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċeritifikat bi ġrieħi serji u fil-periklu li jitlef ħajtu.

Mill-investigazzjonijiet li saru irriżulta li l-vittma kien involut f’argument waqt li kien ġo stabbiliment fl-istess triq.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.