Futbol Sport

Iċ-champions Manchester City jibdew jiddefendu t-titlu kontra West Ham

Hekk kif f’Londra ingħataw id-dettalji tal-kalendarju l-ġdid tal-istaġun 2022/23 tal-Premier League Ingliż, l-ewwel partita se tlaqqa lil Crystal Palace u Arsenal f’Selhurs Park, il-Ġimgħa 5 t’Awwissu fid-21:00. Iċ-champions Manchester City se jerġgħu jiftħu l-istaġun eżatt bħal dak preċedenti hekk kif se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra West Ham United, partita li ser tintlgħab il-Ħadd 7 t’Awwissu fil-17:30 fejn qabilhom dakinhar ir-rivali Manchester United jilgħabu kontra Brighton fit-15:00.

Liverpool se jilgħabu kontra n-neo promossi Fulham filwaqt li t-tim promoss ta’ Nottingham Forest se jiftaħ l-impenji tiegħu kontra Newcastle f’ St. James’ Park.

Il-programm kollu tal-ewwel gurnata huwa dan:

Il-Ġimgħa, 5 t’Awwissu

Crystal Palace v Arsenal (21:00)

Is-Sibt, 6 t’Awwissu

Fulham v Liverpool (13:30)

Bournemouth v Aston Villa (16:00)

Leeds United v Wolves (16:00)

Leicester City v Brentford (16:00)

Newcastle United v Nottingham Forest (16:00)

Tottenham Hotspur v Southampton (16:00)

Everton v Chelsea (18:30)

Il-Ħadd, 7 t’Awwissu

Manchester United v Brighton (15:00)

West Ham United v Manchester City (17:30)