Nicholas Camilleri, raġel ta’ 55 sena, residenti Birkirkara ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa x’aktarx li deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarr.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>