Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ kommess li jħares is-settur marittimu ta’ pajjiżna, filwaqt li jkompli jagħraf il-potenzjal li dan is-settur qed iħalli u jista’ jkompli jħalli fuq l-ekonomija tagħna.
Il-Ġimgħa, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo, għamel żjara fil-Valletta Cruise Port fejn intlaqa’ mill-Kap tal-Operat ta’ Ports Holdings u Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port Stephen Xuereb flimkien ma’ membri oħra li jaħdmu ma’ din il-kumpanija.
Ivan Castillo wassal il-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur… settur li huwa wieħed mill-pilastri fl-ekonomija ta’ pajjiżna… li jħaddem 20,000 ruħ.
Huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista jrid jixpruna iktar lil dan is-settur, filwaqt li jkun hemm iktar investiment sod u sigur fit-tul. Ivan Castillo semma kif is-settur marittimu qed jaffaċċja sfida ta’ spazju, għalhekk huwa importanti li jsir iktar investiment f’dan ir-rigward sabiex ikunu jistgħu jidħlu aktar cruiseliners f’pajjiżna.
Il-baħar huwa wieħed mill-ikbar riżorsi li għandha Malta, għalhekk…spjega Ivan Castillo …. għandna nużaw din ir-riżorsa sabiex jinħoloq iktar xogħoln ta’ kwalità b’valur miżjud.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port fisser kif din l-industrija żviluppat matul is-snin hekk kif id-domanda għal dawn il-vapuri kompliet tikber. F’dawn l-aħħar snin kompla jiżdied in-numru ta’ passiġġieri li jaslu f’pajjiżna għall-btala qasira.. fejn dawn iħallu bosta qligħ fl-ekonomija ta’ Malta.
Huwa tkellem dwar l-importanza li jkompli jsir iktar investiment fl-infrastruttura sabiex dawn it-turisti jkollhom l-aqwa servizz u esperjenza mill-aqwa f’pajjiżna.
Il-proġett tal-Valletta Waterfront kien investiment li sar taħt Gvern Nazzjonalista…. u kompla jiżvlippa u jikber matul is-snin tant li llum sar wieħed mill-isbaħ portijiet fil-Mediterran li jilqgħu l-cruiseliners.
//= $special ?>